23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Information Rights) – ir-Renju Unit) – East Sussex Country Council vs Information Commissioner
(Kawża C-71/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Direttiva 2003/4/KE - Artikoli 5 u 6 - Aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni fi kwistjonijiet ambjentali - Tariffa għall-provvista ta’ informazzjoni ambjentali - Kunċett ta’ “ammont raġonevoli” - Spejjeż għaż-żamma ta’ database u spejjeż ġenerali - Aċċess għall-ġustizzja - Stħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju tad-deċiżjoni li timponi tarifa))
(2015/C 389/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Information Rights)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: East Sussex Country Council
Konvenut: Information Commissioner
Fil-preżenza ta’: Property Search Group, Local Government Association
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tariffa imposta biex jiġi pprovdut tip partikolari ta’ informazzjoni ambjentali ma tista tinkludi l-ebda parti mill-ispejjeż sostnuti għaż-żamma ta’ database, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, użata għal dan il-għan mill-awtorità pubblika, iżda tista’ tinkludi l-spejjeż ġenerali attribwibbli għall-ħin iddedikat mill-persunal ta’ din l-awtorità sabiex iwieġbu għat-talbiet għall-informazzjoni individwali, li huma meħuda inkunsiderazzjoni b’mod adegwat fid-determinazzjoni ta’ din it-tariffa, sakemm l-ammont globali ta’ din it-tariffa ma jaqbiżx ammont raġonevoli.
2)
L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/4 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li n-natura raġonevoli tat-tariffa imposta għall-provvista ta’ tip partikolari ta’ informazzjoni ambjentali hija biss suġġetta għal stħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju ristrett, kif previst fid-dritt Ingliż, sakemm dan l-istħarriġ ikun effettwat fuq il-bażi ta’ elementi oġġettivi u, konformement mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, ikun jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk l-awtorità pubblika li timponi din it-tariffa tissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 102, 07.04.2014.
Full & Egal Universal Law Academy