3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch, Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Inspecteur van Rijksbelastingdienst (C-72/14) u T. A. van Dijk vs Staatssecretaris van Financiën (C-197/14)
(Kawżi magħquda C-72/14 u C-197/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ħaddiema migranti - Sigurtà soċjali - Leġiżlazzjoni applikabbli - Baħħara tax-xmara Rhein - Ċertifikat E 101 - Saħħa probatorja - Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja - Obbligu ta’ rinviju))
(2015/C 363/11)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch, Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X (C-72/14), T. A. van Dijk (C-197/14)
Konvenuti: Inspecteur van Rijksbelastingdienst (C-72/14), Staatssecretaris van Financiën (C-197/14)
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 7(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, kif ukoll l-Artikoli 10c sa 11a, 12a u 12b tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, fil-verżjoni tagħhom emendata u aġġornata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendati permezz tar-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ċertifikat maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru, fil-forma ta’ ċertifikat E 101, sabiex jiġi ċċertifikat li ħaddiem huwa suġġett għal-leġiżlazzjoni soċjali ta’ dan l-Istat Membru, meta dan il-ħaddiem jaqa’ taħt il-Ftehim dwar is-sigurtà soċjali għall-baħħara tax-xmara Rhein, adottat mill-Konferenza intergovernattiva inkarigata tirrevedi l-Ftehim tat-13 ta’ Frar 1961 dwar is-sigurtà soċjali għall-baħħara tax-xmara Rhein, iffirmat f’Geneva fit-30 ta’ Novembru 1979, ma jorbotx lill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri l-oħra. Il-fatt li l-istituzzjoni emittenti ma kellhiex l-intenzjoni li toħroġ ċertifikat E 101 reali, iżda użat il-formola standard ta’ dan iċ-ċertifikat minħabba raġunijiet amministrattivi huwa irrilevanti f’dan ir-rigward.
2)
It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma tistax titressaq azzjoni ġudizzjarja kontrihom taħt id-dritt nazzjonali, bħalma hija l-qorti tar-rinviju, ma hijiex obbligata li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għas-sempliċi raġuni li qorti nazzjonali ta’ grad inferjuri għamlet, f’kawża simili għal dik quddiemha u fuq eżattament l-istess kwistjoni, domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u lanqas ma hija obbligata tistenna r-risposta għal din id-domanda.
(1) ĠU C 142, 12.05.2014.
ĠU C 223, 14.07.2014.
Full & Egal Universal Law Academy