15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Braşov – ir-Rumanija) – Mihai Manea vs Instituția Prefectului județul Brașov – Serviciul Public Comunitar Regim de Permise de Conducere și Inmatriculare a Vehiculelor
(Kawża C-76/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa miġbura mill-Istat Membru fuq il-karozzi mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom jew mal-ewwel trasferiment tad-dritt għall-proprjetà - Newtralità bejn il-karozzi użati li joriġinaw minn Stati Membri oħra u l-karozzi simili disponibbli fis-suq nazzjonali))
(2015/C 198/15)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Braşov
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mihai Manea
Konvenuta: Instituția Prefectului județul Brașov – Serviciul Public Comunitar Regim de Permise de Conducere și Inmatriculare a Vehiculelor
Dispożittiv
L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens:
—
li ma jipprekludix li Stat Membru jistabbilixxi taxxa fuq il-karozzi imposta fuq il-vetturi użati li jiġu importati mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom f’dan l-Istat Membru u l-vetturi diġà rreġistrati fl-imsemmi Stat Membru mal-ewwel trasferiment f’dan l-istess Stat Membru tad-dritt għall-proprjetà fuq dawn tal-aħħar,
—
li jipprekludi li dan l-Istat Membru jeżenta minn din it-taxxa l-vetturi diġà rreġistrati li fir-rigward tagħhom tħallset taxxa preċedentement fis-seħħ li ġiet iddikjarata inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.
(1) ĠU C 151, 19.05.2014.
Full & Egal Universal Law Academy