26.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 354/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – A2A SpA vs Agenzia delle Entrate
(Kawża C-89/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Determinazzjoni tal-kalkolu tal-interessi marbuta mal-irkupru tal-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Interessi sempliċi jew interessi komposti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirreferi, għall-kalkolu tal-interessi, għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 794/2004 - Deċiżjoni ta’ rkupru nnotifikata qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament))
(2015/C 354/05)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A2A SpA
Konvenuta: Agenzia delle Entrate
Dispożittiv
L-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, kif ukoll l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 24(4) tad-Digriet-Liġi Nru 185 tad-29 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet urġenti ta’ għajnuna għall-familji, għax-xogħol, għall-impjieg u għall-impriżi, u li huwa intiż sabiex jorjenta mill-ġdid il-qafas strateġiku nazzjonali għal funzjoni kontra l-kriżi, li sar liġi, wara li ġie emendat, permezz tal-Liġi Nru 2 tat-28 ta’ Jannar 2009, li tipprevedi, permezz ta’ riferiment għar-Regolament Nru 794/2004, l-applikazzjoni ta’ interessi komposti għall-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat, anki jekk id-deċiżjoni li ddikjarat din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ordnat l-irkupru ġiet adottata u nnotifikata lill-Istat Membru kkonċernat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament.
(1) ĠU C 142, 12.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy