3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Cuneo – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Ivo Taricco et
(Kawża C-105/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċeduri kriminali li jikkonċernaw reati fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Artikolu 325 TFUE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi termini ta’ preskrizzjoni assoluti li jistgħu jagħtu lok għall-impunità tar-reati - Effett potenzjali fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Obbligu tal-qorti nazzjonali li ma tapplikax dispożizzjoni tad-dritt intern li tista’ tippreġudika l-obbligi imposti fuq l-Istati Membri mid-dritt tal-Unjoni))
(2015/C 363/13)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Cuneo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Ivo Taricco, Ezio Filippi, Isabella Leonetti, Nicola Spagnolo, Davide Salvoni, Flavio Spaccavento, Goranco Anakiev
Dispożittiv
1)
Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-preskrizzjoni tar-reati kriminali, bħal dik stabbilita mill-aħħar paragrafu tal-Artikolu 160 tal-Kodiċi Kriminali, kif emendat bil-Liġi Nru 251, tal-5 ta’ Diċembru 2005, moqri flimkien mal-Artikolu 161 ta’ dan il-kodiċi, li kienet tipprovdi, meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, li l-interruzzjoni li sseħħ fil-kuntest ta’ prosekuzzjoni kriminali dwar frodi serja fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandha l-effett li testendi t-terminu ta’ preskrizzjoni bi kwart biss tat-tul inizjali tagħha, tista’ tippreġudika l-obbligi imposti fuq l-Istati Membri mill-Artikolu 325(1) u (2) TFUE, sa fejn din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun tipprekludi l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet effettivi u dissważivi f’numru kunsiderevoli ta’ każijiet ta’ frodi serja li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, jew tkun tipprevedi termini ta’ preskrizzjoni itwal għall-każijiet ta’ frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Istat Membru kkonċernat minn dawk li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, liema aspett għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħti effett sħiħ lill-Artikolu 325(1) u (2) TFUE billi ma tapplikax, skont il-bżonn, id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jkollhom l-effett li jipprekludu lill-Istat Membru kkonċernat milli josserva l-obbligi imposti fuqu mill-Artikolu 325(1) u (2) tat-TFUE.
2)
Dispożizzjoni ta’ preskrizzjoni applikabbli għal reati kriminali mwettqa fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, bħal dik prevista fl-aħħar paragrafu tal-Artikolu 160 tal-Kodiċi Kriminali, kif emendat bil-Liġi Nru 251, tal-5 ta’ Diċembru 2005, moqri flimkien mal-Artikolu 161 ta’ dan il-Kodiċi, ma tistax tiġi evalwata fid-dawl tal-Artikoli 101 TFUE, 107 TFUE u 119 TFUE.
(1) ĠU C 194, 24.6.2014.
Full & Egal Universal Law Academy