19.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-112/14) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu ta’ kapital - Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE - Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim ŻEE - Leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali - Imputazzjoni tal-qligħ kapitali lill-parteċipanti ta’ kumpannija privata - Skemi purament artifiċjali - Proporzjonalità))
(2015/C 016/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Armati, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: L. Christie, aġent)
Dispożittiv
1)
Billi adotta u żamm leġiżlazzjoni fiskali li tikkonċerna l-imputazzjoni tal-qligħ kapitali lill-parteċipanti (“participators”) ta’ kumpanniji mhux residenti li tipprevedi differenza fit-trattament bejn l-attivitajiet nazzjonali u l-attivitajiet transkonfinali, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 63 TFUE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.
2)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 184, 16.06.2014
Full & Egal Universal Law Academy