18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Novembru 2015 – Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-121/14) (1)
((Rikors għal annullament - Regolament (UE) Nru 1316/2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - Proġetti ta’ interess komuni li jikkonċernaw it-territorju ta’ Stat Membru - Approvazzjoni tal-istess Stat - Estensjoni ta’ kuritur ferrovjarju tal-merkanzija - Bażi legali - Artikolu 171 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE))
(2016/C 016/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: M. Holt u L. Christie, aġenti, assistiti minn D.J. Rhee, Barrister)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Troupiotis u M. Sammut, aġenti, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Kupčová u E. Chatziioakeimidou, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Samnadda u J. Hottiaux, aġenti)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 135, 5.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy