13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Malvino Cervati, Società Malvi Sas di Cervati Malvino vs Agenzia delle Dogane, Agenzia delle Dogane – Ufficio delle Dogane di Livorno
(Kawża C-131/14) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Regolament (KE) Nru 565/2002 - Artikolu 3(3) - Kwota tariffarja - Tewm li joriġina mill-Arġentina - Ċertifikati ta’ importazzjoni - Natura mhux trasferibbli tad-drittijiet li jirriżultaw miċ-ċertifikati ta’ importazzjoni - Evitar - Abbuż ta’ dritt - Kundizzjonijiet - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Artikolu 4(3))
(2016/C 211/05)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Malvino Cervati, Società Malvi Sas di Cervati Malvino
Konvenuti: Agenzia delle Dogane, Agenzia delle Dogane – Ufficio delle Dogane di Livorno
Fil-preżenza ta’: Roberto Cervati
Dispożittiv
L-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 565/2002, tat-2 ta’ April 2002, li jistabbilixxi l-metodu għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji u jintroduċi sistema ta’ ċertifikati tal-oriġini għat-tewm importat minn pajjiżi terzi, u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, bħala prinċipju, mekkaniżmu bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu, wara ordni magħmula minn operatur, importatur tradizzjonali fis-sens tal-ewwel regolament, li jkun eżawrixxa ċ-ċertifikati ta’ importazzjoni b’tariffa preferenzjali tiegħu, lit-tieni operatur, li huwa wkoll ikun importatur tradizzjonali li ma jkollux dawn iċ-ċertifikati,
—
għal merkanzija li tkun, qabel kollox, mibjugħa, barra mill-Unjoni Ewropea, minn kumpannija relatata ma’ dan it-tieni operatur, lil operatur ieħor, li jkun ikklassifikat bħala importatur ġdid fis-sens tal-imsemmi regolament, u li jkun detentur ta’ tali ċertifikati,
—
din il-merkanzija tiġi, sussegwentement, irrilaxxata fiċ-ċirkulazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea mit-tielet operatur bit-tariffi doganali preferenzjali, u wara mibjugħa mill-ġdid minn dan it-tielet operatur lit-tieni wieħed, u
—
fl-aħħar nett, din il-merkanzija tiġi ttrasferita mit-tieni operatur lill-ewwel wieħed, li b’hekk ikun akkwista merkanzija importata fil-kuntest tal-kwoti tariffarji previst minn dan l-istess regolament, minkejja l-fatt li huwa ma jkollux iċ-ċertifikat meħtieġ għal dan il-għan.
(1) ĠU C 194, 24.06.2014
Full & Egal Universal Law Academy