22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Diċembru 2015 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawżi magħquda C-132/14 sa C-136/14) (1)
([Rikors għal annullament - Regolament (UE) Nru 1385/2013 - Direttiva 2013/62/UE - Direttiva 2013/64/UE - Bażi legali - Artikolu 349 TFUE - Reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea - Emenda tal-istatus tal-Mayotte fir-rigward tal-Unjoni Ewropea])
(2016/C 068/05)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Liukkonen, L. Visaggio u J. Rodrigues, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, W. Mölls, D. Bianchi u D. Martin, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Westerhof Löfflerová, E. Karlsson, F. Florindo Gijón u J. Czuczai, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Sampol Pucurull, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. De Bergues, F. Fize, D. Colas u N. Rouam, aġenti), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, B. Andrade Corre, M. Duarte u S. Marques, aġenti)
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi fil-Kawżi C-132/14 sa C-136/14 huma miċħuda.
2)
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni marbuta mal-Kawżi C-132/14 u C-136/14.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni marbuta mal-Kawżi C-133/14 sa C-135/14.
4)
Ir-Repubblika ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika Portugiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 175, 10.6.2014.
Full & Egal Universal Law Academy