21.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-140/14) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE - Prevenzjoni u rimi tal-ħażna tat-terrapien tat-tħaffir u ta’ skart ieħor - Landfill - Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżuri għall-finijiet tar-rimi u tal-ħażna ta’ dan l-iskart - Użu ta’ rimedji ġudizzjarji))
(2015/C 311/10)
Lingwa tal-kawża: Is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sanfrutos Cano u M. Žebre, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: J. Morela, aġent)
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika tas-Slovenja,
—
billi awtorizzat il-ħażna tat-terrapien tat-tħaffir fuq il-biċċa art Nru 115/1 fil-muniċipalità ta’ Teharje (Bukovžlak), mingħajr ma żgurat li ma kien ġie maħżun ebda skart ieħor preċedentement jew simultanjament f’dan is-sit, u peress li ebda miżura oħra ma ġiet adottata sabiex jiġi eliminat, minn dan is-sit, l-iskart li ma huwiex kopert mill-awtorizzazzjoni mogħtija, l-imsemmi sit għandu jitqies li huwa landfill illegali li ma josservax il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti previsti, minn naħa, fl-Artikoli 13 u 36(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, kif ukoll, min-naħa l-oħra, fl-Artikoli 5(3)(e) u 6, moqrija flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE, tad-19 ta’ Diċembru 2002, li tistabbilixxi l-kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta’ skart f’terraferma artifiċjali skond l-Artikolu 16 ta’ u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE, 7 sa 9, 11 u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma, kif ukoll fl-Annessi I sa III ta’ din l-aħħar direttiva;
—
billi ma adottatx, b’effett minn April 2009, miżuri suffiċjenti sabiex tipprevjeni, u sussegwentement tneħħi, il-ħażna tat-terrapien tat-tħaffir, ikklassifikat bħala skart bin-numru 17 05 06 (ħama ta’ materjal tat-tħaffir għajr dik imsemmija f’17 05 05) u 17 05 05 (ħama ta’ materjal tat-tħaffir li tinkludi sustanzi perikolużi), fis-sit ta’ kostruzzjoni ta’ infrastruttura muniċipali għaż-żona kummerċjali ta’ Gaberje-jug, b’mod li dan is-sit għandu wkoll jitqies bħala landfill illegali li ma josservax id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq tad-Direttivi 1999/31 u 2008/98 kif ukoll l-Artikoli 12, 15 u 17 ta’ din l-aħħar direttiva,
naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dawn id-dispożizzjonijiet kollha.
2)
tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 184, 16.06.2014.
Full & Egal Universal Law Academy