15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Berlin-Brandenburg – il-Ġermanja) – TMK Europe GmbH vs Hauptzollamt Frankfurt (Oder)
(Kawża C-143/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet tal-ħadid jew tal-azzar - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 3(7) - Ħsara għall-industrija - Fatturi magħrufa - Rabta kawżali - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ investigazzjoni dwar prattiki antikompetittivi ta’ impriżi Komunitarji tas-settur ikkonċernat - Regolament (KE) Nru 2320/97 - Validità))
(2015/C 198/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Berlin-Brandenburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TMK Europe GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Frankfurt (Oder)
Dispożittiv
L-eżami tad-domanda magħmula ma rrileva ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97, tas-17 ta’ Novembru 1997, li jimponi taxxi kontra d-damping fuq importazzjonijiet ta’ ċertu pajpijiet seamless u tubi tal-ħadid jew non-alloy steel li joriġinaw mill-Ungerija, il-Polonja, ir-Russja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka, li jħassar Regolament (KEE) Nru 1189/93 u li jtemm il-proċeduri dwar dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja.
(1) ĠU C 235, 21.07.2014.
Full & Egal Universal Law Academy