21.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija
(Kawża C-145/14) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 1999/31/KE - Artikolu 14 - Rimi ta’ skart f’landfill - Skart mhux perikoluż - Nuqqas ta’ konformità tal-landfills eżistenti))
(2015/C 311/11)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgari
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Petrova u E. Sanfrutos Cano, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: E. Petranova u D. Drambozova, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex, mis-16 ta’ Lulju 2009, il-landfills għal skart mhux perikoluż eżistenti fit-territorju tagħha jibqgħu jaħdmu biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April ta’ l-1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 14(a) sa (ċ), ta’ din id-direttiva.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 159, 26.05.2014.
Full & Egal Universal Law Academy