4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – fil-proċedura dwar Bashir Mohamed Ali Mahdi
(Kawża C-146/144 PPU) (1)
((Viżi, ażil, immigrazzjoni u politika oħra marbuta mal-moviment liberu tal-persuni - Direttiva 2008/115/KE - Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment - Artikolu 15 - Detenzjoni - Estensjon tad-detenzjoni - Obbligi tal-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja - Stħarriġ ġudizzjarju - Assenza ta’ dokumenti ta’ identità ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz - Ostakoli għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ tneħħija - Rifjut tal-ambaxxata tal-pajjiż terz ikkonċernat li toħroġ dokument ta’ identità li jippermetti r-ritorn ta’ ċittadin ta’ dan il-pajjiż - Riskju ta’ ħarba - Prospett raġonevoli ta’ tneħħija - Nuqqas ta’ kooperazzjoni - Eventwali obbligu tal-Istat Membru kkonċernat li joħroġ dokument temporanju dwar l-istatus tal-persuna))
2014/C 253/18
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Parti fil-kawża prinċipali
Bashir Mohamed Ali Mahdi
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Administrativen sad Sofia-grad – Interpretazzjoni tal-Artikolu 15(1)(a) u (b), (3), (4) u (6) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98), kif ukoll tal-Artikoli 6 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Tneħħija ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi irregolarment – Detenzjoni amministrattiva – Estensjoni ta’ tali detenzjoni – Eventwali ammissibbiltà ta’ qbiż tat-tul massimu ta’ detenzjoni, ibbażat fuq l-assenza ta’ dokumenti ta’ identità – Ostakoli għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ tneħħija – Prospett raġonevoli ta’ tneħħija – Rifjut tal-ambaxxata tal-pajjiż ta’ oriġini tal-persuna kkonċernata li toħroġ id-dokument meħtieġ għall-vjaġġ ta’ ritorn – Eventwali obbligu tal-Istat Membru kkonċernat li joħroġ dokument temporanju dwar l-istatus tal-persuna
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 15(3) u (6) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqri fid-dawl tal-Artikoli 6 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li kull deċiżjoni adottata minn awtorità kompetenti, wara l-perijodu massimu ta’ detenzjoni inizjali ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, dwar x’għandu jsir wara din id-detenzjoni għandha tkun fil-forma ta’ att bil-miktub li jinkludi r-raġunijiet ta’ fatt u ta’ liġi li jiġġustifikaw din id-deċiżjoni.
2)
L-Artikolu 15(3) u (6) tad-Direttiva 2008/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istħarriġ li għandu jitwettaq mill-awtorità ġudizzjarja li quddiemha titressaq talba għall-estensjoni tad-detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, għandu jippermetti lil din l-awtorità tiddeċiedi fil-mertu, każ b’każ, fuq l-estensjoni tad-detenzjoni taċ-ċittadin ikkonċernat, fuq il-possibbiltà li d-detenzjoni tiġi ssostitwita b’miżura inqas koersiva jew fuq ir-rilaxx ta’ dan iċ-ċittadin, u b’hekk l-imsemmija awtorità tkun kompetenti sabiex tibbaża ruħha fuq il-fatti u l-provi prodotti mill-awtorità amministrattiva li ressqet it-talba quddiemha u fuq il-fatti, il-provi u l-osservazzjonijiet eventwalment ippreżentati quddiemha matul dik il-proċedura.
3)
L-Artikolu 15(1) u (6) tad-Direttiva 2008/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tgħid li perijodu inizjali ta’ detenzjoni ta’ sitt xhur jista’ jiġi estiż biss għar-raġuni li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ma għandux dokumenti ta’ identità. Hija biss il-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa każ b’każ iċ-ċirkustanzi fattwali tal-kawża inkwistjoni sabiex tiddetermina jekk, fil-konfront ta’ dan iċ-ċittadin, tistax tiġi applikata miżura inqas koersiva jeww jekk jeżistix riskju li dan tal-aħħar jaħrab.
4)
L-Artikolu 15(6)(a) tad-Direttiva 2008/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ pajjiż terz li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma kisibx dokument ta’ identità li seta’ jippermetti t-tneħħija tiegħu mill-Istat Membru kkonċernat jista’ jinsab ħati ta’ “nuqqas ta’ kooperazzjoni”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, biss jekk mill-eżami tal-imġiba tal-imsemmi ċittadin matul il-perijodu ta’ detenzjoni jirriżulta li dan tal-aħħar ma kkooperax għall-implementazzjoni tal-operazzjoni ta’ tneħħija u li huwa probabbli li din l-operazzjoni tieħu iktar fit-tul milli previst minħabba dan l-aġir, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
5)
Id-Direttiva 2008/115 għandha tiġi interpretata fis-sens li Stat Membru ma jistax ikun obbligat li joħroġ permess ta’ residenza awtonomu jew awtorizzazjoni oħra li tagħti dritt ta’ residenza lil ċittadin ta’ pajjiż terz li ma għandux dokumenti ta’ identità u li ma kisibx tali dokumenti mill-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, wara li qorti nazzjonali tkun irrilaxxat lil dan iċ-ċittadin minħabba li ma għadux jeżisti prospett raġonevoli ta’ tneħħija fis-sens tal-Artikolu 15(4) ta’ din id-direttiva. Madankollu, dan l-Istat Membru għandu, f’tali każ, joħroġ lill-imsemmi ċittadin konferma bil-miktub dwar is-sitwazzjoni tiegħu.
(1) ĠU C 159, 26.05.2014
Full & Egal Universal Law Academy