24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – Il-Belġju – Loutfi Management Propriété Intellectuelle SARL vs AMJ Meatproducts NV, Halalsupply NV
(Kawża C-147/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 9(1)(b) - Effetti - Drittijiet mogħtija minn trade mark Komunitarja - Sinjali identiċi jew li jixxiebhu - Projbizzjoni ta’ użu - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Evalwazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tal-użu ta’ lingwa li ma hijiex lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea))
(2015/C 279/15)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Loutfi Management Propriété Intellectuelle SARL
Konvenuti: AMJ Meatproducts NV, Halalsupply NV
Dispożittiv
L-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi evalwata l-probabbiltà ta’ konfużjoni li tista’ teżisti bejn trade mark Komunitarja u sinjal, li jkopru prodotti identiċi jew li jixxiebhu u li jinkludu t-tnejn li huma kelma Għarbija dominanti bil-kitba Latina u b’dik Għarbija, u dan il-kliem jixxiebah fuq il-livell viżiv, f’ċirkustanzi fejn il-pubbliku rilevanti tat-trade mark Komunitarja u tas-sinjal inkwistjoni jkollu għarfien bażiku tal-lingwa Għarbija miktuba, it-tifsira u l-pronunzja ta’ dan il-kliem għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni.
(1) ĠU C 194, 24.6.2014
Full & Egal Universal Law Academy