3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Latvja
(Kawża C-151/14) (1)
(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Nutara - Kundizzjonijiet ta’ nazzjonalità - Artikolu 51 TFUE - Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika”)
(2015/C 363/15)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Rubene u H. Støvlbæk, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: D. Pelše, I. Kalniņš u K. Freimanis, aġenti)
Partijiet intervenjenti in sostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u J. Vláčil, aġenti), l-Ungerija (rappreżentanti: M. Tátrai u M. M. Fehér, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi imponiet kundizzjoni ta’ nazzjonalità għall-aċċess għall-professjoni nutarili, ir-Repubblika tal-Latvja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 49 TFUE.
2)
Ir-Repubblika tal-Latvja hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.
4)
L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 159, 26.05.2014.
Full & Egal Universal Law Academy