22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2016 – SKW Stahl-Metallurgie GmbH, SKW Stahl-Metallurgie Holding AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, Gigaset AG
(Kawża C-154/14 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 81 KE - Swieq tat-trab u tal-granuli tal-karbur tal-kalċju kif ukoll tal-granuli tal-manjesju f’parti kbira taż-Żona Ekonomika Ewropa - Iffissar ta’ prezzijiet, qsim ta’ swieq u skambju ta’ informazzjoni - Regolament (KE) Nru 773/2004 - Artikoli 12 u 14 - Dritt għal smigħ - Smigħ in camera))
(2016/C 305/02)
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: SKW Stahl-Metallurgie GmbH, SKW Stahl-Metallurgie Holding AG (rappreżentanti: A. Birnstiel u S. Janka, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Meessen u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat), Gigaset AG, li kienet Arques Industries AG
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
SKW Stahl-Metallurgie Holding AG u SKW Stahl-Metallurgie GmbH għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 159, 26.05.2014
Full & Egal Universal Law Academy