22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2016 – Evonik Degussa GmbH, AlzChem AG, li kienet AlzChem Trosberg GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-155/14 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Artikolu 81 KE - Akkordji - Swieq tat-trab u tal-granuli tal-karbur tal-kalċju kif ukoll tal-granuli tal-manjesju f’parti kbira taż-Żona Ekonomika Ewropea - Iffissar ta’ prezzijiet, qsim ta’ swieq u skambju ta’ informazzjoni - Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettqa mis-sussidjarji tagħha - Influwenza determinanti eżerċitat mill-kumpannija parent - Preżunzjoni konfutabbli fil-każ ta’ żamma ta’ sehem ta’ 100 % - Kundizzjoni tal-konfutazzjoni ta’ din il-preżunzjoni - Ksur ta’ istruzzjoni espressa))
(2016/C 305/03)
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Evonik Degussa GmbH, AlzChem AG, li kienet AlzChem Trosberg GmbH (rappreżentanti: C. Steinle u I. Bodenstein, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Meessen u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Evonik Degussa GmbH u AlzChem AG għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u jkunu kkundannati li jbatu l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 184, 16.06.2014.
Full & Egal Universal Law Academy