14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-163/14) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 343 TFUE - Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 3 - Eżenzjonijiet fiskali - Reġjun ta’ Brussell-Kapitali - Kontribuzzjonijiet fuq il-provvista tal-elettriku u tal-gass))
(2016/C 098/05)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u I. Martínez del Peral, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux, S. Vanrie u T. Materne, aġenti, assistiti minn G. Block, D. Remy u H. Delahaije, avukati)
Dispożittiv
1)
Billi ma tax lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea l-eżenzjoni mill-kontribuzzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 26 tad-digriet dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-elettriku fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, kif ukoll mill-Artikolu 20 tad-digriet dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-gass fir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, kif emendati, u billi oppona r-rimbors ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet hekk miġbura mir-Reġjun ta’ Brussell-Kapitali, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, tat-8 ta’ April 1965, dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness inizjalment mat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda tal-Komunitajiet Ewropej, u sussegwentement, bis-saħħa tat-Trattat ta’ Lisbona, bħala l-Protokoll Nru 7, mat-Trattati UE, FUE u KEEA.
2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 184, 16.6.2014.
Full & Egal Universal Law Academy