1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof- l-Awstrija) – MedEval – Qualitäts-, Leistungs- und Struktur-Evaluierung im Gesundheitswesen GmbH
(Kawża C-166/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 89/665/KEE - Prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza - Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-azzjoni għad-danni għall-konstatazzjoni preliminari tal-illegalità tal-proċedura - Terminu ta’ dekadenza li jibda jiddekorri irrispettivament mill-għarfien tal-illegalità mir-rikorrent))
(2016/C 038/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: MedEval – Qualitäts-, Leistungs- und Struktur-Evaluierung im Gesundheitswesen GmbH
Intervenjenti: Bundesminister für Wissenschaft, Forschung und Wirtschaft, Hauptverband der österreichischen Sozialversicherungsträger, Pharmazeutische Gehaltskasse für Österreich
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ effettività, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-preżentata ta’ rikors, għall-finijiet tal-kisba ta’ danni minħabba ksur ta’ regola tad-dritt tal-kuntratti pubbliċi, għall-konstatazzjoni preliminari ta’ illegalità tal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt pubbliku kkonċernat minħabba n-nuqqas ta’ pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt, meta din l-azzjoni għal konstatazzjoni ta’ illegalità hija suġġetta għal terminu ta’ dekadenza ta’ sitt xhur li jibda jiddekorri mill-jum wara d-data tal-għoti tal-kuntratt pubbliku kkonċernat, irrispettivament mill-punt dwar jekk ir-rikorrent kienx f’pożizzjoni li jkollu għarfien dwar l-eżistenza tal-illegalità li taffettwa din id-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti.
(1) ĠU C 282, 25.08.2014
Full & Egal Universal Law Academy