15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/25
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Castellón – Spanja) – Juan Carlos Sánchez Morcillo, María del Carmen Abril García vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA
(Kawża C-169/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 7 - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self ipotekarju - Klawżoli inġusti - Proċedura ta’ sekwestru ipotekarju - Dritt għal azzjoni legali))
2014/C 315/38
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Castellón
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Juan Carlos Sánchez Morcillo, María del Carmen Abril García
Konvenut: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema ta’ mezzi ta’ eżekuzzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li proċedura ta’ sekwestru ipotekarju ma tistax tiġi sospiża mill-qorti li tiddeċiedi fuq il-mertu, fejn din tista’, fid-deċiżjoni finali tagħha, l-iktar l-iktar tagħti kumpens għad-dannu subit mill-konsumatur, sa fejn dan tal-aħħar, bħala debitur suġġett għall-eżekuzzjoni, ma jistax jappella mid-deċiżjoni li tiċħad l-oppożizzjoni tiegħu għal din l-eżekuzzjoni, filwaqt li l-bejjiegħ jew il-fornitur, il-kreditur li jitlob l-eżekuzzjoni, jista’ jappella mid-deċiżjoni li tordna tmiem il-proċedura jew li tiddikjara klawżola inġusta bħala inapplikabbli.
(1) ĠU C 175, 10.06.2014.
Full & Egal Universal Law Academy