14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Ir-Rumanija) – ING Pensii, Societate de Administrare a unui Fond de Pensii Administrat Privat SA vs Consiliul Concurenței
(Kawża C-172/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Akkordji - Modalitajiet ta’ tqassim tal-klijenti fuq suq ta’ fondi ta’ pensjoni privati - Eżistenza ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE - Kummerċ bejn l-Istati Membri affettwati))
(2015/C 302/09)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ING Pensii, Societate de Administrare a unui Fond de Pensii Administrat Privat SA
Konvenut: Consiliul Concurenței
Dispożittiv
L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ftehimiet ta’ tqassim tal-klijenti, bħal dawk konklużi bejn fondi ta’ pensjoni privati fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxi akkordju b’għan antikompetittiv, u n-numru ta’ klijenti previsti minn dawn il-ftehimiet ma jistax ikun rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kundizzjoni marbuta mar-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.
(1) ĠU C 212, 07.07.2014.
Full & Egal Universal Law Academy