27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/21
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Ralph Prankl
(Kawża C-175/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Direttiva 92/12/KEE - Arranġamenti ġenerali tal-prodotti suġġetti għad-dazji tas-sisa - Taxxi fuq merkanzija b’kuntrabandu - Merkanzija mqiegħda għal konsum fi Stat Membru wieħed u ttrasportata lejn Stat Membru ieħor - Determinazzjoni tal-Istat Membru kompetenti - Dritt tal-Istat ta’ tranżitu li jintaxxa l-imsemmija merkanzija))
(2015/C 138/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Parti fil-kawża prinċipali
Ralph Prankl
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1) u (2) kif ukoll l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/108/KEE, tal-14 ta’ Diċembru 1992, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta merkanzija suġġetta għad-dazju tas-sisa mdaħħla klandestinament fit-territorju ta’ Stat Membru tiġi ttrasportata, fl-assenza tad-dokument mehmuż previst fl-Artikolu 7(4) tal-imsemmija direttiva, lejn Stat Membru ieħor, li fit-territorju tiegħu din il-merkanzija tiġi skoperta mill-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri ta’ tranżitu ma humiex awtorizzati li jiġbru wkoll dazju tas-sisa mingħand is-sewwieq tat-trakk li jkun wettaq l-imsemmi trasport minħabba l-fatt li jkun żamm l-imsemmija merkanzija għal finijiet kummerċjali fit-territorju tagħhom.
(1) ĠU C 235, 21.07.2014.
Full & Egal Universal Law Academy