7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – María José Regojo Dans vs Consejo de Estado
(Kawża C-177/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat bejn CES, UNICE u CEEP - Klawżoli 3 u 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Persunal “eventwali” - Rifjut milli tingħata allowance ta’ anzjanità li tingħata kull tliet snin - Raġunijiet oġġettivi))
(2015/C 294/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: María José Regojo Dans
Konvenuta: Consejo de Estado
Dispożittiv
1)
Il-kunċett ta’ “ħaddiem għal żmien determinat”, fis-sens tal-klawżola 3(1) tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa applikat għal ħaddiem bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali.
2)
Il-klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi, fl-assenza ta’ kull ġustifikazzjoni għal raġunijiet oġġettivi, il-persunal awżiljarju mid-dritt li jirċievi l-allowances ta’ anzjanità li jingħataw kull tliet snin mogħtija, b’mod partikolari, lill-uffiċjali stabbiliti, meta fir-rigward tal-għoti ta’ din l-allowance, dawn iż-żewġ kategoriji ta’ ħaddiema jinsabu f’sitwazzjonijiet paragunabbli, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 253, 4.08.2014.
Full & Egal Universal Law Academy