22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-180/14) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Mistrie fil-ġimgħa - Ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa))
(2016/C 068/07)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u M. van Beek, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: A. Samoni-Rantou, N. Dafniou u S. Vodina, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi ma applikatx ħin medju ta’ xogħol fil-ġimgħa li ma jeċċedix 48 siegħa, u billi ma żguratx perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ ġurnata u lanqas perijodu ekwivalenti ta’ mistrieħ kumpensatorju li jissuċċedi immedjatament il-ħin ta’ xogħol li dan l-aħħar perijodu suppost jikkumpensa, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 u 6 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 184, 16.6.2014
Full & Egal Universal Law Academy