11.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Marzu 2015 – MEGA Brands International, il-Lussemburgu, Zweigniederlassung Zug vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-182/14 P) (1)
((Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali MAGNEXT - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAGNET 4 - Probabbiltà ta’ konfużjoni”))
(2015/C 155/07)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Mega Brands International, il-Lussemburgu, Zweigniederlassung Zug (rappreżentanti: A. Nordemann u M. Maier, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Dispożittiv
1)
Il-punt 4 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Mega Brands vs UASI – Diset (MAGNEXT) (T-604/11 u T-292/12, EU:T:2014:56) huwa annullat.
2)
Il-kawża għandha tiġi rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 223, 14.07.2014.
Full & Egal Universal Law Academy