12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Novembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka
(Kawża C-190/14) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/60/KE - Politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma - Pjanijiet ta’ ġestjoni ta’ distrett tal-baċin ta’ xmara - Pubblikazzjoni - Assenza ta’ notifika lill-Kummissjoni Ewropea))
(2015/C 007/15)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u U. Nielsen, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning u M. Wolff, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi ma ppubblikax il-pjanijiet definittivi ta’ ġestjoni ta’ distrett tal-baċin ta’ xmara sat-22 ta’ Diċembru 2009 u billi ma għaddiex kopja ta’ dawn il-pjanijiet lill-Kummissjoni Ewropea sat-22 ta’ Marzu 2010, ir-Renju tad-Danimarka naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 13(1), (2) u (6), kif ukoll taħt l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma.
2)
Ir-Renju tad-Danimarka huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 14.07.2014.
Full & Egal Universal Law Academy