16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – Ir-Rumanija) – Smaranda Bara et vs Casa Naţională de Asigurări de Sănătate, Președintele Casei Naționale de Asigurări de Sănătate, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF)
(Kawża C-201/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 95/46/KE - Ipproċessar tad-data ta’ natura personali - Artikoli 10 u 11 - Informazzjoni tal-persuni kkonċernati - Artikolu 13 - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet - Trasferiment minn amministrazzjoni pubblika ta’ Stat Membru ta’ data fiskali ta’ natura personali bil-għan li din tiġi pproċessata minn amministrazzjoni pubblika oħra))
(2015/C 381/05)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Smaranda Bara et
Konvenuti: Casa Naţională de Asigurări de Sănătate, Președintele Casei Naționale de Asigurări de Sănătate, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF)
Dispożittiv
L-Artikoli 10, 11 u 13 tad-Direttiva 95/46 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u l-moviment liberu ta’ dik id-data, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu miżuri nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jippermettu lil amministrazzjoni pubblika ta’ Stat Membru tittrażmetti data personali lil amministrazzjoni pubblika oħra u l-ipproċessar sussegwenti tagħha, mingħajr ma l-persuni kkonċernati jkunu ġew informati dwar din it-trażmissjoni jew dan l-ipproċessar.
(1) ĠU C 223, 14.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy