8.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-205/14) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport bl-ajru - Regolament (KEE) Nru 95/93 - Allokazzjoni ta’ slots fl-ajruporti tal-Unjoni - Artikolu 4(2) - Indipendenza tal-koordinatur - Kunċett ta’ “parti interessata” - Korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport - Separazzjoni funzjonali - Sistema ta’ finanzjament))
(2016/C 287/02)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u F. Wilman, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u V. Moura Ramos, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi ma żguratx l-indipendenza tal-koordinatur għall-allokazzjoni tal-islots bis-separazzjoni funzjonali tiegħu minn kull parti interessata u billi ma żguratx li s-sistema ta’ finanzjament tal-attivitajiet tal-koordinatur tkun adegwata sabiex tiżgura l-indipendenza tagħhom, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 95/93 tal-Kunsill, tat-18 ta’ Jannar 1993, dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 545/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Ġunju 2009.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 212, 7.7.2014
Full & Egal Universal Law Academy