24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče – is-Slovenja) – Hotel Sava Rogaška, Gostinstvo, turizem in storitve, d.o.o. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-207/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Ilmijiet minerali naturali - Direttiva 2009/54/KE - Artikolu 8(2) - Anness I - Projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni taħt diversi ismijiet kummerċjali ta’ “ilma minerali naturali mill-istess nixxiegħa waħdanija” - Kunċett))
(2015/C 279/17)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hotel Sava Rogaška, Gostinstvo, turizem in storitve, d.o.o.
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “ilma minerali naturali mill-istess nixxiegħa waħdanija” li jidher fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Ġunju 2009, dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jindika ilma minerali naturali li huwa sfruttat minn ħruġ wieħed jew iktar, naturali jew imtaqqba, li jkun joriġina mill-istess water table waħdanija jew mill-istess depożitu ta’ taħt l-art waħdani, jekk, f’kull punt ta’ ħruġ naturali jew imtaqqab, dak l-ilma jkollu karatteristiċi identiċi, fir-rigward tal-kriterji msemmija fl-Anness I tal-imsemmija direttiva, li jibqgħu stabbli fil-limiti ta’ varjazzjonijiet naturali.
(1) ĠU C 202, 30.06.2014.
Full & Egal Universal Law Academy