7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče – is-Slovenja) – NLB Leasing d.o.o. vs Republika Slovenija
(Kawża C-209/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Kunsinna ta’ oġġetti jew provvista ta’ servizzi - Kuntratt ta’ kiri (leasing) - Restituzzjoni lil sid il-kera ta’ proprjetà immobbli li hija s-suġġett ta’ kuntratt ta’ leasing - Kunċett ta’ “kanċellazzjoni, ċaħda jew nuqqas ta’ pagament totali jew parzjali” - Dritt ta’ sid il-kera għat-tnaqqis tal-bażi taxxabbli - Taxxa doppja - Provvisti distinti - Prinċipju ta’ newtralità fiskali))
(2015/C 294/13)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Vrhovno sodišče
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: NLB Leasing d.o.o.
Konvenuta: Republika Slovenija
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 2(1), 14 u 24(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li fil-każ li kuntratt ta’ leasing dwar proprjetà immobbli jkun jipprovdi jew it-trasferiment tad-dritt tal-proprjetà lil min ikun qiegħed jikri fit-tmiem dan il-kuntratt, jew li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ min ikun qiegħed jikri l-karatteristiċi essenzjali tad-dritt tal-proprjetà ta’ din il-proprjetà immobbli, b’mod partikolari billi tiġi ttrasferita lil dan tal-aħħar il-parti l-kbira tal-benefiċċji u tar-riskji inerenti għall-proprjetà legali tal-imsemmija proprjetà immobbli, u s-somma aġġornata tal-pagamenti tkun prattikament identika għall-valur fis-suq tal-proprjetà, it-tranżazzjoni li tirriżulta minn tali kuntratt għandha tkun ekwivalenti għal tranżazzjoni ta’ akkwist ta’ investiment.
2)
L-Artikolu 90(1) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jippermettix lil persuna taxxabbli li tnaqqas il-bażi taxxabbli tagħha meta din tal-aħħar effettivament tkun irċeviet il-ħlasijiet kollha bħala korrispettiv tal-provvista li hija pprovdiet jew meta, mingħajr ma l-kuntratt ġie miċħud jew ikkanċellat, il-parti l-oħra għall-kuntratt ma għadhiex responsabbli li tħallasha l-prezz miftiehem.
3)
Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix li, minn naħa, provvista ta’ leasing li tirrigwarda beni immobbli u, min-naħa l-oħra, it-trasferiment ta’ dawn il-beni immobbli lil terz (għall-kuntratt ta’ leasing) ikunu suġġetti għal tassazzjoni distinta għal-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud, sa fejn dawn it-tranżazzjonijiet ma jkunux jistgħux jitqiesu bħala li jiffurmaw provvista unika, u dan għandu jiġi evalwat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 202, 30.06.2014.
Full & Egal Universal Law Academy