18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 7 de Las Palmas de Gran Canaria – Spanja) – Tecom Mican SL, José Arias Domínguez
(Kawża C-223/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Notifika u komunikazzjoni tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji - Kunċett ta’ “att extraġudizzjarju” - Att privat - Impatt transkonfinali - Funzjonament tas-suq intern))
(2016/C 016/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 7 de Las Palmas de Gran Canaria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tecom Mican SL, José Arias Domínguez
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “att extraġudizzjarju”, imsemmi f’dan l-artikolu, jinkludi mhux biss l-atti mfassla jew iċċertifikati minn awtorità pubblika jew minn uffiċjal pubbliku, iżda wkoll l-atti privati li t-trażmissjoni formali tagħhom lid-destinatarju tagħhom li jirrisjedi f’pajjiż barrani tkun neċessarja għall-eżerċizzju, għall-prova jew għas-salvagwardja ta’ dritt jew ta’ pretensjoni legali fil-qasam ċivili jew kummerċjali.
2)
Ir-Regolament Nru 1393/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li n-notifika ta’ att extraġudizzjarju, konformement mal-metodi stabbiliti minn dan ir-Regolament, hija ammissibbli anki meta r-rikorrent ikun diġà wettaq notifika inizjali ta’ dan l-att permezz ta’ metodu ta’ trażmissjoni mhux previst mir-regolament imsemmi jew permezz ta’ metodu ta’ trażmissjoni ieħor stabbilit minnu.
3)
L-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1393/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, ma għandux jiġi vverifikat, każ b’każ, li n-notifika ta’ att extraġudizzjarju għandha impatt transkonfinali u hija neċessarja għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.
(1) ĠU C 223, 14.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy