7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2015 – InnoLux Corp., preċedentement Chimei InnoLux Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-231/14 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 101 TFUE - Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq dinji ta’ pannelli tal-kristalli likwidi (LCD) - Iffissar tal-prezzijiet - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi (2006) - Punt 13 - Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ b’rabta mal-ksur - Bejgħ intern tal-prodott ikkonċernat barra miż-ŻEE - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ bejgħ ta’ prodotti lesti li jintegraw il-prodott ikkonċernat lil terzi fiż-ŻEE))
(2015/C 294/15)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: InnoLux Corp., preċedentement Chimei InnoLux Corp. (rappreżentanti: J.-F. Bellis, avukat, R. Burton, Solicitor)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, F. Ronkes Agerbeek u P. Van Nuffel, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
InnoLux Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 212, 07.07.2014
Full & Egal Universal Law Academy