2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Marzu 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – Ir-Renju Unit) – Portmeirion Group UK Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawża C-232/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dumping - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 412/2013 - Validità - Importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw miċ-Ċina - Prodott ikkonċernat - Prodott taħt kunsiderazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni))
(2016/C 156/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Portmeirion Group UK Ltd
Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Dispożittiv
L-eżami tad-domanda preliminari ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013, tat-13 ta’ Mejju 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
(1) ĠU C 235, 21.07.2014.
Full & Egal Universal Law Academy