14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – “Ostas celtnieks” SIA vs Talsu novada pašvaldība, Iepirkumu uzraudzības birojs
(Kawża C-234/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Kapaċità ekonomika u finanzjarja - Kapaċitajiet tekniċi u/jew professjonali - Artikoli 47(2) u 48(3) - Speċifikazzjonijiet li jinkludu l-obbligu għal offerent li jikkonkludi kuntratt ta’ partenarjat jew li joħloq soċjetà f’isem kollettiv mal-entitajiet li huwa jibbaża ruħu fuq il-kapaċitajiet tagħhom))
(2016/C 098/06)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Ostas celtnieks” SIA
Konvenuti: Talsu novada pašvaldība, Iepirkumu uzraudzības birojs
Dispożittiv
L-Artikoli 47(2) u 48(3) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li awtorità kontraenti, fil-kuntest tal-ispeċifikazzjonijiet relatati ma’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, tista’ timponi fuq offerent li jibbaża ruħu fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra l-obbligu, qabel l-għoti tal-imsemmi kuntratt, li jikkonkludi ftehim ta’ partenarjat ma’ dawn l-entitajiet jew li joħloq soċjetà f’isem kollettiv ma’ dawn tal-aħħar.
(1) ĠU C 212, 7.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy