24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Mannheim – il-Ġermanja) – Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH vs Gerhard und Jürgen Vogel GbR, Jürgen Vogel, Gerhard Vogel
(Kawża C-242/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti - Regolament (KE) Nru 2100/94 - Deroga prevista fl-Artikolu 14 - Użu mill-bdiewa tal-prodott tal-ħsad għal finijiet ta’ propagazzjoni mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur - Obbligu ta’ ħlas mill-bdiewa ta’ remunerazzjoni raġonevoli għal dan l-użu - Terminu li fih din ir-remunerazzjoni għandha titħallas sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika mid-deroga - Possibbiltà tad-detentur li jirrikorri għall-Artikolu 94 - Ksur))
(2015/C 279/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Mannheim
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH
Konvenuti: Gerhard und Jürgen Vogel GbR, Jürgen Vogel, Gerhard Vogel
Dispożittiv
Sabiex jibbenefika mid-deroga, prevista fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità [drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti], mill-obbligu li jikseb awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet Komunitarji tal-varjetà ta’ pjanti kkonċernata, bidwi, li jkun uża materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetà ta’ pjanti protetta miksub permezz tal-kultivazzjoni (żrieragħ tar-razzett), mingħajr ma jkun ikkonkluda għal dan l-għan kuntratt ma’ dan id-detentur, huwa marbut iħallas ir-remunerazzjoni raġonevoli dovuta, skont ir-raba’ inċiż tal-imsemmi Artikolu 14(3), f’terminu li jiskadi fi tmiem is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li matulha jkun sar dan l-użu, jiġifieri sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju wara d-data ta’ żriegħ mill-ġdid.
(1) ĠU C 303, 08.09.2014.
Full & Egal Universal Law Academy