2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Marzu 2016 – Schwenk Zement KG vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-248/14 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Suq tas-“siment u prodotti relatati” - Proċedura amministrattiva - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 18(1) u (3) - Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni - Motivazzjoni - Preċiżjoni tat-talba))
(2016/C 156/07)
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Schwenk Zement KG (rappreżentanti: M. Raible u S. Merz, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, L. Malferrari u R. Sauer, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Marzu 2014, Schwenk Zement vs Il-Kummissjoni (T-306/11, EU:T:2014:123), hija annullata.
2)
Id-Deċiżjoni ta-Kummissjoni C (2011) 2367 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ COMP/39520 – Siment u prodotti relatati), hija annullata.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Schwenk Zement KG marbuta kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza fil-Kawża T-306/11 kif ukoll ma’ dik tal-appell.
(1) ĠU C 223, 14.07.2014
Full & Egal Universal Law Academy