7.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – György Balázs vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
(Kawża C-251/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Kwalità tal-karburanti tad-diżil - Speċifikazzjoni teknika nazzjonali li timponi rekwiżiti ta’ kwalità addizzjonali b’paragun mad-dritt tal-Unjoni))
(2015/C 406/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: György Balázs
Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 4(1) u 5 tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux lil Stat Membru milli jipprevedi, fid-dritt nazzjonali tiegħu, rekwiżiti ta’ kwalità addizzjonali, b’paragun ma’ dawk inklużi f’din id-direttiva, għall-kummerċjalizzazzjoni tal-karburanti tad-diżil, bħalma huwa dak dwar il-punt ta’ fjammibbiltà inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn dan ma huwiex speċifikazzjoni teknika tal-karburanti tad-diżil b’rabta mal-protezzjoni tas-saħħa jew tal-ambjent għall-finijiet tal-imsemmija direttiva.
2)
L-Artikolu 1(6) u (11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix lil Stat Membru milli jrendi obbligatorju standard nazzjonali bħalma huwa l-istandard Ungeriż MSZ EN 590:2009 inkwistjoni fil-kawża prinċipali.
3)
L-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 98/34, kif emendat bid-Direttiva 2006/96, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeżiġix li standard fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni għandu jsir disponibbli bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.
(1) ĠU C 303, 8.9.2014
Full & Egal Universal Law Academy