8.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen – l-Isvezja) – Pensioenfonds Metaal en Techniek vs Skatteverket
(Kawża C-252/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 63 TFUE - Tassazzjoni ta’ dħul minn fondi ta’ pensjoni - Differenza fit-trattament bejn il-fondi ta’ pensjoni residenti u l-fondi ta’ pensjoni mhux residenti - Tassazzjoni fil-forma ta’ somma f’daqqa tal-fondi ta’ pensjoni residenti fuq il-bażi ta’ rendiment fittizju - Taxxa f’ras il-għajn applikata għad-dħul li ġej mid-dividendi riċevuti mill-fond ta’ pensjoni mhux residenti - Komparabbiltà))
(2016/C 287/05)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta förvaltningsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pensioenfonds Metaal en Techniek
Konvenut: Skatteverket
Dispożittiv
L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li:
—
ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li d-dividendi mħallsa minn kumpannija residenti huma suġġetti għal taxxa f’ras il-għajn fejn dawn id-dividendi jitħallsu lil fond ta’ pensjoni mhux residenti u, fejn dawn id-dividendi jitħallsu lil fond ta’ pensjoni residenti, għal taxxa b’rata fissa kkalkolata fuq il-bażi ta’ rendiment fittizju li jikkorrispondi, matul iż-żmien, mat-tassazzjoni tad-dħul kollu tal-kapital skont is-sistema tad-dritt komuni;
—
jipprekludi, madankollu, li l-fondi ta’ pensjoni benefiċjarji mhux residenti ma jkunux jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż professjonali li jista’ jkun hemm li jkunu direttament marbuta mal-ġbir tad-dividendi, meta l-metodu tal-kalkolu tal-bażi taxxabbli tal-fondi ta’ pensjoni residenti jipprevedi tali teħid inkunsiderazzjoni, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.
(1) ĠU C 235, 21.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy