9.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 371/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – C. van der Lans vs Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV
(Kawża C-257/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Drittijiet tal-passiġġieri fil-każ ta’ dewmien jew ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5(3) - Rifjut ta’ imbark u kanċellazzjoni ta’ titjira - Dewmien twil ta’ titjira - Kumpens u assistenza għall-passiġġieri - Ċirkustanzi straordinarji))
(2015/C 371/13)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: C. van der Lans
Konvenuta: Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV
Dispożittiv
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li [...] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li problema teknika, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tkunx mistennija, li ma tkunx dovuta għal manutenzjoni difettuża u li ma tkunx ġiet skoperta matul kontrolli regolari ta’ manutenzjoni, ma taqax taħt il-kunċett ta’ “ċirkostanzi staordinarji” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 303, 8.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy