20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Neamț – ir-Rumanija) – Sindicatul Cadrelor Militare Disponibilizate în rezervă și în retragere (SCMD) vs Ministerul Finanțelor Publice
(Kawża C-262/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ugwaljanza fit-trattement fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Direttiva 2000/78/KE - Artikoli 2, 3(1) u 6 - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-età - Discriminazzjoni li ssir fuq il-bażi tal-appartenenza għal kategorija soċjoprofessjonali jew tal-post tax-xogħol - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt ċerti limiti, il-kumulu ta’ pensjoni tal-irtirar flimkien mad-dħul ta’ salarju mill-eżerċizzju ta’ attività professjonali fis-settur pubbliku - Terminazzjoni ex officio tar-relazzjoni ta’ xogħol jew tar-relazzjoni ta’ servizz))
(2015/C 236/23)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Neamț
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Sindicatul Cadrelor Militare Disponibilizate în rezervă și în retragere (SCMD)
Konvenut: Ministerul Finanțelor Publice
Dispożittiv
L-Artikoli 2(2) u 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, ma humiex applikabbli għal leġiżlazzjoni nazzjonali bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li timponi t-terminazzjoni tad-dritt sħiħ tar-relazzjoni ta’ xogħol jew tar-relazzjoni ta’ servizz tal-impjegati tas-settur pubbliku li jibbenefikaw, inter alia, minn pensjoni tal-irtirar li hija ogħla mis-salarju medju gross u li ma għażlux il-kontinwazzjoni ta’ din ir-relazzjoni ta’ xogħol jew ta’ din ir-relazzjoni ta’ servizz f’terminu speċifikat.
(1) ĠU C 315, 15.09.2014.
Full & Egal Universal Law Academy