22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Ġunju 2016 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-263/14) (1)
((Rikors għal annullament - Politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) - Deċiżjoni 2014/198/PESK - Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Unita tat-Tanzanija dwar il-kondizzjonijiet tat-Trasferiment ta’ Pirati Ssuspettati u Proprjetà Ssekwestrata Assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija - Għażla tal-bażi legali - Obbligu li l-Parlament Ewropew jiġi informat immedjatament u kompletament f’kull stadju tal-proċedura tan-negozjati u tal-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali - Żamma tal-effetti tad-deċiżjoni f’każ ta’ annullament))
(2016/C 305/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Passos, A. Caiola u M. Allik, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, R. Troosters u D. Gauci, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert, G. Étienne, M. Bishop u M.-M. Joséphidès, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, E. Ruffer, J. Vláčil, J. Škeřik u M. Hedvábná, aġenti), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, M. Rhodin, E. Karlsson u L. Swedenborg, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: J. Kraehling u V. Kaye, aġenti, assistiti minn G. Facenna, barrister)
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/198/PESK, tal-10 ta’ Marzu 2014, dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Unita tat-Tanzanija dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta’ pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, hija annullata.
2)
L-effetti tad-Deċiżjoni 2014/198 għandhom jinżammu fis-seħħ.
3)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
4)
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 235, 21.07.2014
Full & Egal Universal Law Academy