2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Marzu 2016 – Italmobiliare SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-268/14 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Suq tas-“siment u prodotti relatati” - Proċedura amministrattiva - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 18(1) u (3) - Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni - Motivazzjoni - Preċiżjoni tat-talba))
(2016/C 156/09)
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Italmobiliare SpA (rappreżentanti: M. Siragusa, F. Moretti u L. Mascimbene, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u L. Malferrari, aġenti, M. Malaguti, avukat)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Marzu 2014, Italmobiliare vs Il-Kummissjoni (T-305/11, EU:T:2014:126), hija annullata.
2)
Id-Deċiżjoni ta-Kummissjoni C (2011) 2364 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ COMP/39520 – Siment u prodotti relatati), hija annullata.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Italmobiliare SpA marbuta kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza fil-Kawża T-305/11 kif ukoll ma’ dik tal-appell.
(1) ĠU C 282, 25.08.2014.
Full & Egal Universal Law Academy