15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ April 2015 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – LFB Biomédicaments SA, Association des déficitaires en Alpha 1 Antitrypsine (Association ADAAT Alpha 1-France) (C-271/14), Pierre Fabre Médicament SA (C-273/14) vs Ministre du travail, de l’emploi et de la santé, Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’Etat
(Kawżi magħquda C-271/14 u C-273/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 89/105/KEE - Artikolu 6(3) u (5) - Tħassir ta’ prodotti mediċinali minn lista ta’ prodotti mediċinali speċjali koperti flimkien ma’ pagamenti b’rati fissi għal kura fi sptar - Obbligu ta’ motivazzjoni))
(2015/C 198/18)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: LFB Biomédicaments SA, Association des déficitaires en Alpha 1 Antitrypsine (Association ADAAT Alpha 1-France) (C-271/14), Pierre Fabre Médicament SA (C-273/14)
Konvenuti: Ministre des Finances et des Comptes publics, Ministre des Affaires sociales et de la Santé
Dispożittiv
L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fil-punti 3 u 5 ta’ dan l-artikolu japplika għal deċiżjoni li tirrestrinġi l-kundizzjonijiet ta’ rimbors jew tnaqqas il-livell ta’ kopertura ta’ prodott mediċinali billi teskludih mil-lista’ ta’ prodotti mediċinali speċjali koperti mill-iskemi obbligatorji ta’ assigurazzjoni għall-mard flimkien ma’ servizzi relatati ma’ kura fi sptar li l-kopertura tagħhom hija assigurata fil-forma ta’ pagamenti b’rati fissi għal soġġorn u għal kura fi sptar.
(1) ĠU C 282, 25.08.2014
Full & Egal Universal Law Academy