Kawża C-272/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Vestre Landsret – id-Danimarka) – Skatteministeriet vs Baby Dan A/S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali u tariffa doganali komuni — Nomenklatura magħquda — Klassifikazzjoni tariffarja — Intestaturi 7318 u 8302 — Oġġett speċjalment maħsub għall-fissazzjoni ta’ kanċelli ta’ sigurtà intiżi għall-protezzjoni tat-tfal)
C2702015MT1310120150611MT0014131131
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Vestre Landsret – id-Danimarka) – Skatteministeriet vs Baby Dan A/S
(Kawża C-272/14) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali u tariffa doganali komuni — Nomenklatura magħquda — Klassifikazzjoni tariffarja — Intestaturi 7318 u 8302 — Oġġett speċjalment maħsub għall-fissazzjoni ta’ kanċelli ta’ sigurtà intiżi għall-protezzjoni tat-tfal)”2015/C 270/14Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Skatteministeriet
Konvenuta: Baby Dan A/S
Dispożittiv
In-nomenklatura magħquda li tidher fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tiegħu li jirriżultaw suċċessivament mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, għandha tiġi interpretata fis-sens li oġġett, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jippermetti l-iffissar ma’ ħajt jew mal-qafas tal-bieb jew tat-tieqa ta’ kanċelli ta’ sigurtà għat-tfal li jistgħu jitneħħew, għandu jiġi kklassfikat fl-intestatura 7318 tan-nomenklatura magħquda.
( 1 ) ĠU C 253, 4.08.2014.
Full & Egal Universal Law Academy