14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – PPUH Stehcemp sp. j Florian Stefanek, Janina Stefanek, Jarosław Stefanek vs Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi
(Kawża C-277/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Sitt Direttiva - Dritt għal tnaqqis - Rifjut - Bejgħ minn entità meqjusa ineżistenti))
(2015/C 414/09)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: PPUH Stehcemp sp. j Florian Stefanek, Janina Stefanek, Jarosław Stefanek
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE, tas-7 ta’ Mejju 2002, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrifjuta lil persuna taxxabbli d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa għal oġġetti li ġew provduti lilha minħabba li l-fattura nħarġet minn operatur li għandu jitqies, fid-dawl tal-kriterji previsti minn din il-leġiżlazzjoni, li huwa operatur ineżistenti u li huwa impossibbli li tiġi stabbilita l-identità tal-fornitur reali tal-oġġetti, ħlief jekk jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi u mingħajr ma l-persuna taxxabbli tiġi obbligata twettaq verifiki li ma hijiex obbligata twettaq, li din il-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li l-imsemmija provvista kienet involuta fi frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 303, 08.09.2014.
Full & Egal Universal Law Academy