20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Directeur général des douanes et droits indirects, Directeur régional des douanes et droits indirects d’Auvergne vs Brasserie Bouquet SA
(Kawża C-285/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Direttiva 92/83/KEE - Dazji tas-sisa - Birra - Artikolu 4 - Birreriji żgħar indipendenti - Rati mnaqqsa ta’ dazju - Rekwiżiti - Assenza ta’ produzzjoni b’liċenzja - Produzzjoni skont proċess ta’ manifattura li jappartjeni għal terz u li huwa awtorizzat minnu - Użu awtorizzat tat-trade marks minn dan it-terz))
(2015/C 236/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Directeur général des douanes et droits indirects, Directeur régional des douanes et droits indirects d’Auvergne
Konvenuta: Brasserie Bouquet SA
Dispożittiv
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa ta’ dazju fuq il-birra, ir-rekwiżit previst fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, li jgħid li birrerija ma għandhiex topera b’liċenzja ma huwiex issodisfatt fil-każ li l-birrerija rilevanti timmanifattura l-birra tagħha konformement għall-kuntratt li bis-saħħa tiegħu hija awtorizzata tuża t-trade marks u l-proċess ta’ manifattura ta’ terz.
(1) ĠU C 261, 11.08.2014.
Full & Egal Universal Law Academy