2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Marzu 2016 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-286/14) (1)
((Rikors għal annullament - Artikolu 290 TFUE - Kunċetti ta’ “jemendaw” u ta’ “jissupplimentaw” - Regolament (UE) Nru 1316/2013 - Artikolu 21(3) - Portata tas-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni Ewropea - Neċessità li jiġi adottat att leġiżlattiv separat - Regolament ta’ Delega (UE) Nru 275/2014))
(2016/C 156/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L.G. Knudsen, A. Troupiotis u M. Menegatti, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk, M. Konstantinidis u J. Hottiaux, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Il-Kunsill tal-Unijoni Ewropea (rappreżentanti: K. Michoel u Z. Kupčová, aġenti)
Dispożittiv
1)
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 275/2014, tas-7 ta’ Jannar 2014, li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa huwa annullat.
2)
L-effetti tar-Regolament ta’ Delega Nru 275/2014 għandhom jinżammu sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma għandux ikun ta’ iktar minn sitt xhur mid-data tal-qari ta’ din is-sentenza, ta’ att ġdid li jissostitwixxih.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
4)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
(1) ĠU C 253, 4.8.2014
Full & Egal Universal Law Academy