16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gyulai Törvényszék – l-Ungerija) – Eurospeed Ltd vs Szegedi Törvényszék
(Kawża C-287/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bit-triq - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Responsabbiltà tas-sewwieq għall-ksur tal-obbligu ta’ użu ta’ takigrafu))
(2016/C 296/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Gyulai Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eurospeed Ltd
Konvenut: Szegedi Törvényszék
Dispożittiv
Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, minflok jew minbarra l-impriża tat-trasport li timpjega lis-sewwieq, iżżomm lis-sewwieq responsabbli għall-ksur ta’ dan ir-regolament li huwa stess ikun wettaq.
(1) ĠU C 303, 8.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy