16.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Firenze – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Skerdjan Celaj
(Kawża C-290/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2008/115/KE - Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment - Deċiżjoni li tordna r-ritorn flimkien ma’ projbizzjoni fuq id-dħul għal tliet snin - Ksur tal-projbizzjoni fuq id-dħul - Ċittadin ta’ pajjiż terz li kien tneħħa preċedentement - Piena ta’ priġunerija f’każ ta’ dħul mill-ġdid illegali fit-territorju nazzjonali - Kompatibbiltà))
(2015/C 381/08)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Firenze
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Skerdjan Celaj
Dispożittiv
Id-Direttiva 2008/115/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi l-impożizzjoni ta’ piena ta’ priġunerija fuq ċittadin ta’ pajjiż terz li qiegħed jirrisjedi irregolarment li, wara li rritorna fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ritorn preċedenti, jerġa’ jidħol mill-ġdid b’mod irregolari fit-territorju tal-imsemmi Stat bi ksur ta’ projbizzjoni fuq id-dħul.
(1) ĠU C 292, 1.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy