25.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias – Il-Greċja) – Elliniko Dimosio vs Stefanos Stroumpoulis et
(Kawża C-292/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 80/987/KEE - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjegahom - Kamp ta’ applikazzjoni - Krediti salarjali mhux imħallsa tal-baħħara li jaħdmu fuq bastiment li jtajjru bandiera ta’ Stat terz - Persuna li timpjega li għandha s-sede tal-kumpannija tagħha f’dan l-Istat terz - Kuntratt ta’ xogħol suġġett għad-dritt ta’ dan l-istess Stat terz - Falliment tal-persuna li timpjega ddikjarat fi Stat Membru li fih hija għandha s-sede effettiva tagħha - Artikolu 1(2) - Punt II, A tal-Anness - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi garanzija tal-krediti salarjali mhux imħallsa tal-baħħara applikabbli biss fil-każ ta’ abbandun tagħhom barra mill-pajjiż - Livell ta’ protezzjoni mhux ekwivalenti għal dak previst mid-Direttiva 80/987))
(2016/C 145/06)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elliniko Dimosio
Konvenuti: Stefanos Stroumpoulis, Nikolaos Koumpanos, Panagiotis Renieris, Charalampos Renieris, Ioannis Zacharias, Dimitrios Lazarou, Apostolos Chatzisotiriou
Dispożittiv
1)
Id-Direttiva tal-Kunsill 80/987, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, għandha tiġi interpretata fis-sens li, suġġett għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, baħħara residenti fi Stat Membru u li ġew impjegati f’dan l-Istat minn kumpannija li għandha s-sede rreġistrata tagħha fi Stat terz, iżda li s-sede effettiva tagħha tinsab fl-imsemmi Stat Membru, sabiex jaħdmu bħala impjegati fuq cruise liner ta’ proprjetà ta’ din il-kumpannija u li jtajjar il-bandiera tal-imsemmi Stat terz, skont kuntratt tax-xogħol li jindika bħala d-dritt applikabbli d-dritt ta’ dan l-istess Stat terz, għandhom, wara li l-imsemmija kumpannija tkun ġiet iddikjarata falluta minn qorti tal-Istat Membru kkonċernat skont id-dritt ta’ dan tal-aħħar, ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-protezzjoni pprovduta mill-imsemmija direttiva fir-rigward tal-krediti salarjali mhux imħallsa li huma għandhom fir-rigward ta’ din l-istess kumpannija.
2)
L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 80/987 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward ta’ ħaddiema li jinsabu f’sitwazzjoni bħal dik tal-konvenuti fil-kawża prinċipali, protezzjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 29 tal-Liġi 1220/1981 li tikkompleta u temenda l-leġiżlazzjoni relatata mal-korp ta’ amministrazzjoni tal-port ta’ Pireos, fil-każ ta’ abbandun ta’ baħħara barra mill-pajjiż, ma tikkostitwixxix “protezzjoni li ssarraf daqs dik li toħroġ minn din id-Direttiva”.
(1) ĠU C 282, 25.8.2014
Full & Egal Universal Law Academy